Saturday, May 4, 2024

Repubblika: L-ebda intenzjoni malinna mill-ekwipaġġ tal-P52

Aqra wkoll

Skont evidenza ppreżentata fil-Qorti mill-NGO Repubblika, informazzjoni hekk deskritta “attendibbli” turi kif dak li kien deskritt minn mezzi tax-xandir internazzjonali bħala sabotaġġ mill-Forzi Armati ta’ Malta, kien biss parti minn proċedura ta’ sigurtà użata mill-istess ekwipaġġ tal-Patrol Boat P52 biex “jiġu evitati manuvri perikolużi meta l-opri tal-baħar kienu viċin xulxin.”

Jidher li xi membru tal-ekwipaġġ ħass “li kellu jiskonnettja l-korda marbuta ma’ dak li jissejjaħ “dead man’s switch”, li hija konnessa mal-magna tad-dinghy… Jekk dan huwa l-każ, evidenti li ma kienx hemm intenzjoni malinna da parti tal-istess membri tal-ekwipaġġ.”

Minkejja dan, l-istess Repubblika saħqet “li m’hemm l-ebda raġuni legġittima għaliex ir-rapporti fil-midja internazzjonali ma jiġux kontraddetti mill-awtoritajiet minnufih, u kellu jkun hemm id-denunzja de quo biex il-fatti joħorġu.”

L-istess Repubblika saħqet li d-deċiżjoni wara l-għotja ta’ din l-evidenza kien “it-twemmin tagħha li kull ħajja umana hija sagrosanta, u għandha tkun protetta u mħarsa f’kull ċirkustanza.”

It-Taqsima Forzi Dixxiplinati, Sigurta u Infurzar tal-Liġi tal-GWU iddikjarat li hija moralment konvinta li s-suldati kollha li r-Repubblika għamlet allegazzjonijiet fil-konfront tagħhom imxew bi professjonalità. Hija iddikjarat ukoll li anke temmen li l-Brigadier Curmi mexa bi professjonalità u fl-interess nazzjonali u flimkien mal-GWU – Malta Armed Forces Committee esprimiet solidarjetà miegħu.

Sport