Saturday, October 26, 2024

Il-Parlament isellem il-memorja ta’ missier Bernard Grech

Claudio Coleiro
Claudio Coleiro
Ġurnalist

Aqra wkoll

Il-Parlament ingħaqad biex isellem il-memorja ta’ John Grech, missier il-Kap tal-Oppożizzjoni Bernard Grech. 

Fost dawk li tkellmu kien hemm il-Prim Ministru Robert Abela li stqarr li għalkemm ma kienx jaf lil John b’mod personali, sema’ ħafna kliem pożittiv u ta’ tifħir dwaru. Huwa qal li kull min tkellem miegħu ddeskrivih bniedem ta’ rispett u kien sors ta’ kuraġġ għal diversi persuni. 

Id-Deputy Speaker David Agius iddeskriva lil John Grech bħala raġel ġust u li kien attiv fis-skiet għal 90 sena. Qal iżda li llum il-ħidma tiegħu qed tidwi fl-ogħla istituzzjoni tal-pajjiż, fil-Parlament. 

Il-Kap tal-Oppożizzjoni Bernard Grech filwaqt li sellem il-memorja ta’ missieru, irringrazzja lil dawk kollha li f’dan il-mument tant diffiċli taw lilu u lil familtu l-appoġġ, ir-rispett u anke kliem ta’ kuraġġ. 

Bernard Grech tenna li: “dan hu l-messaġġ li nixtieq ngħaddi llum. Titilfux opportunità li tgħidu lil dawk li tħobbu, li tħobbuhom. Iżżommux f’qalbkom għad-deni għaliex mument huwa qasir u r-rimors ikun ikbar u tgħidux dak m’għandux bżonn kelma tal-kuraġġ tiegħi għax kulħadd uman. Aħna lkoll umani u fuq kollox trid tirbaħ dejjem l-umanità u r-rispett reċiproku u ġenwin.”

L-Ispeaker tal-Kamra tar-Rappreżentanti Anġlu Farrugia qal li kien iltaqa’ ma’ John ftit jiem qabel ma miet u mill-ftit li kellmu baqa’ impressjonat b’diskursata li kellu miegħu fuq diversi temi.

Sport