Monday, December 23, 2024

Il-Parlament jibda jiddiskuti r-regolatur għall-bini

Aqra wkoll

Fil-Parlament bdiet tiġi diskussa liġi li se twaqqaf l-Awtorità tal-Bini u l-Kostruzzjoni li se tkun ir-regolatur tal-industrija tal-bini u kostruzzjoni.

Is-Segretarju Parlamentari għall-Artijiet u l-Kostruzzjoni Chris Agius irrimarka fil-ftuħ tad-diskussjoni li fil-preżent ir-regolamenti huma sparpaljati taħt diversi awtoritajiet jew aġenziji imma b’din il-liġi se jaqgħu taħt l-imsemmija awtorità.

Huwa semma kif fl-Ewropa kollha ssib żewġ permessi, dak tal-ippjanar u dak tal-bini, fejn jekk ma jkollokx permess biex tibni inutli jkollok permess tal-ippjanar.

Waqt li sostna li l-industrija tal-bini hija importanti għall-pajjiż, Agius irrefera għall-inċidenti li seħħew fosthom dawk li fihom mietu ħaddiema tal-kostruzzjoni u anke Miriam Pace u sostna li kieku jiġu osservati r-regolamenti ħafna mill-inċidenti ma jseħħux.

Huwa qal li l-awtorità trid tiffaċilita dak kollu li għandu x’jaqsam mal-bini u mhux il-ħsieb li tagħmilha ta’ pulizija jew twaħħal il-multi anke jekk dan ikun meħtieġ isir.

Agius insista li biha u bil-liġi l-industrija se tkun regolata aħjar u dawk kollha involuti jkunu jafu aħjar x’inhuma r-responsabbiltajiet tagħhom.

Ekonomija

Sport