Thursday, December 26, 2024

Il-Parlament jifraħ lil Roberta Metsola għall-ħatra tagħha bħala President tal-PE

Aqra wkoll

Il-Parlament feraħ lil Roberta Metsola li ġiet eletta bħala President tal-Parlament Ewropew. 

Id-Deputat Nazzjonalista David Agius qal li llum Metsola għamlitna kburin. “Li tkun President tal-PE jagħmel unur mhux biss lilha imma wkoll lill-poplu Malti u Għawdxi kollu,” qal Agius. 

Min-naħa tiegħu, id-Deputat Prim Ministru u Ministru tas-Saħħa Chris Fearne feraħ lil Metsola għall-ħatra tagħha. Qal li l-kariga ta’ President tal-PE ċertament mhix pożizzjoni faċli speċjalment f’dan iż-żmien li għaddejja minnu l-Ewropa. Huwa iżda qal li jinsab ċert illi bil-kapaċitajiet li għandha, Metsola kapaċi tagħmel unur lilha nfisha u anke lil Malta.

L-Ispeaker tal-Kamra tar-Rappreżentanti Anġlu Farrugia qal li huwa kkorrisponda magħha u kitbilha biex jifirħilha għall-ħatra tagħha u sostna li jinsab ċert mill-kompetenza ta’ Metsola li għamlet unur lil pajjiżna issa li tinsab f’din il-pożizzjoni.

Ekonomija

Sport