Thursday, April 25, 2024

Pulizija mfaħħra talli salvat tifla ta’ erba’ snin milli tiġi mtajra

Aqra wkoll

Omm kellha kliem ta’ tifħir għal Pulizija li grazzi għall-intervent f’waqqtu tagħha, salvat lit-tifla tagħha milli tiġi mtajra.

Permezz ta’ messaġġ li ttella’ fuq il-midja soċjali, l-omm rrakkuntat li kienu jinsabu r-Rabat ħdejn il-Knisja ta’ San Pawl meta PC 2423 C. Delia rat li kienet ġejja karozza u ħarġet f’nofs tat-triq biex issalva liċ-ċkejkna tagħha li għandha erba’ snin. L-omm qalet li t-tifla kienet qed issuq scooter u qasmet it-triq biex tipprova tlaħħaq ma’ żewġha.

Fil-messaġġ tagħha, l-omm iddeskriviet lil din il-pulizija bħala eroj filwaqt li żiedet tgħid li jiddispjaċiha li f’dak il-mument kienu wisq inkwetati li lanqas waqfu biex jirringrazzjawha.

Sport