Minn mindu reġa’ rritorna lura fil-poter fl-2023, il-gvern tas-Slovakkja immexxi mill-politiku populista tal-lemin Robert Fico mmira lejn il-komunità LGBTQ+, billi daħħal miżuri drakonjani fosthom it-tneħħija tal-finanzjament pubbliku għal proġetti relatati.
Nhar il-Ġmgħa, il-parlament tas-Slovakkja approva emenda li inkludiet miżuri mmirati lejn id-drittijiet LGBTQ+ fil-pajjiż. L-emenda tistipula li l-irġiel u n-nisa huma l-uniċi sessi rikonoxxuti. Din tagħmilha kważi impossibbli għall-koppji tal-istess sess li jadottaw it-tfal.
Tibdiliet reċenti fil-kostituzzjoni tas-Slovakkja ġew mitqiesa bħala li jimmarkaw “jum iswed” għall-pajjiż mill-attivisti LGBTQ+, filwaqt li ddeskrivew il-miżuri, bħar-rikonoxximent ta’ żewġ sessi biss, bħala parti minn tnaqqis usa’ tad-drittijiet tal-bniedem u l-istat tad-dritt fil-pajjiż tal-Ewropa ċentrali.
In-nies huma mbeżżgħin, anzjużi, u jħossuhom bla saħħa, peress li saru ostaġġi tal-politiċi permezz ta’ din l-emenda, qal Martin Macko, id-direttur eżekuttiv tal-organizzazzjoni ewlenija tal-pajjiż li tappoġġja l-ugwaljanza LGBTQ+.
L-emenda tipprojbixxi espliċitament ir-rikonoxximent legali tal-ġeneru u tattakka direttament il-ħajjiet ta’ persuni transġeneru u intersesswali.
Il-vot li ttieħed mill-parlament tas-Slovakkja aktarx kien qed issegwi l-passi tar-Russja, fejn il-koppji tal-istess sess ġew ipprojbiti milli jadottaw tfal u kwistjonijiet LGBTQ+ huma pprojbiti, kif ukoll l-Ungerija, fejn il-partit Fidesz fil-gvern, immexxi mill-populist tal-lemin Viktor Orbán, immira lejn id-drittijiet LGBTQ+.
Din l-emenda thedded is-sħubija tas-Slovakkja fl-Unjoni Ewropea u tressaq lill-pajjiż eqreb lejn ir-Russja awtoritarja, qal Macko. “Il-paradoss hu li dawn il-miżuri ġew adottati fi żmien meta l-aċċettazzjoni ta’ persuni LGBT+ fis-soċjetà Slovakka qed tikber.”
Minn meta reġa’ lura fil-poter fl-2023, il-gvern populista ta Robert Fico mmira lejn il-komunità LGBTQ+. Din hija parti mill-bidla tiegħu lejn politika tal-lemin estrem, li huwa ddeskriva bħala difiża kontra l-progressiviżmu.
Xi membri parlamentari konservattivi saħansitra ġġustifikaw il-vot tagħhom għall-emenda billi qalu li din kienet l-‘aħħar ċans’ tagħhom biex jipprevjenu lill-persuni LGBT+ milli jiksbu l-ugwaljanza.”
Id-direttur ta’ Amnesty International Slovakka, Rado Sloboda, iddeskriva l-bidliet bħala “devastanti”, u nnota li l-emenda se tpoġġi l-kostituzzjoni tal-pajjiż f’“kunflitt dirett” mal-liġi internazzjonali.
L-Amnesty International kienet ilha twissi li l-bidliet kostituzzjonali – li jibnu fuq il-leġiżlazzjoni tal-2023 li mblukkat ir-rikonoxximent legali għall-persuni transġender – kienu parti minn tentattiv usa’ mill-awtoritajiet biex inaqqsu d-drittijiet tal-bniedem fis-Slovakkja.