Wednesday, March 27, 2024

Il-parteċipanti kollha fit-testijiet tal-vaċċin Russu kontra l-Covid-19 jiżviluppaw l-antibodies meħtieġa

Aqra wkoll

Il-vaċċin Russu kontra l-Covid-19, magħruf bħala “Sputnik-V” ipproduċa rispons ta’ antibodies fil-parteċipanti kollha fit-testijiet tal-bidu. Dan huwa indikat min riżultati li ġew ippubblikati lbieraħ fuq il-ġurnal mediku “The Lancet”, bir-Russja tagħmel referenza għar-riżultati biex twieġeb għall-kritiċi tal-vaċċin.

Ir-riżultati taż-żewġ testijiet, li twettqu bejn Ġunju u Lulju ta’ din is-sena u li kienu jinvolvu 76 parteċipant, urew li l-parteċipanti kollha żviluppaw antibodies kontra l-coronavirus u ma wrew l-ebda side effects serji.

F’Awwissu ir-Russja lliċenzjat l-injezzjoni għall-użu domestiku, l-ewwel pajjiż li għamel dan u qabel l-ebda informazzjoni ma kienet ippubblikata jew testijiet fuq skala kbira kienu nbdew.

Il-vaċċin ġie msejjaħ “Sputnik-V” biex ifakkar l-ewwel satellita dinjija li kienet prodotta mill-Unjoni Sovjetika.

Esperti tal-Punent wissew kontra l-użu tal-vaċċin sakemm jiżvolġu t-testijiet internazzjonali.

Ekonomija

Sport