Saturday, December 14, 2024

Il-Parteċipazzjoni tat-tfal fuq livell lokali

Aqra wkoll

Għal dawn l-aħħar tletin sena, il-parteċipazzjoni tat-tfal, b’mod ġenerali huwa meqjus bħala wieħed mid-dirittijiet fundamentali tagħhom. Minkejja li l-parteċipazzjoni tat-tfal tista’ tirreferi għal diversi aspetti differenti ghal mod kif it-tfal jipparteċipaw, ċertament li dan jirreferi b’mod qawwi għal kuntest li l-konvenzjoni tal-Ġnus Magħquda dwar id-drittijiet tat-tfal, tirrikonoxxi dan id-dritt.

  • X’inhi ‘parteċipazzjoni tat-tfal’?

Parteċipazzjoni tat-tfal tista’ faċilment tiġi mfissra meta b’mod individwali jew fi grupp, jassoċċjaw ruħhm ma’ proċess jew opportunaitjiet sabiex ikunu jistgħu jwasslu l-ħsieb u l-ideat tagħhom. Dan sabiex huma stess jinfluwenzaw dak li jaffettwa lilhom direttament. 

Parteċipazzjoni vera u b’saħħitha, tfisser ukoll fejn ikollok ‘shift’ ta’ ‘poteri’ mill-adulti għal għand it-tfal. Dan iwassal biex it-tfal minflok ikunu passivi jibdew ikunu aktar pateċipattivi fuq dak li jinfluwenza l-ħajja tagħhom. Biex naslu għal dan il-livell, jinħtieġ li jkun hemm djalogu u konsultazzjoni ħajja bejn it-tfal u l-adulti, ibbażat fuq rispett reċiproku. Jekk l-adult se jħares lejn it-tfal minn fuq b’mod li jippretendi r-rispett għax hu adult, bl-istess mod irid iżomm f’moħħu li hu ukoll irid jirrispetta t-tfal u dak kollu li huma jirrapreżentaw. Ovvjament, il-livell ta’ djalogu konsultazzjoni jrid jittieħed f’kuntest tal-eta’ tat-tfal. 

  • X’inhu ‘Gvern Lokali’?

Gvern Lokali hija istituzzjoni li hija mwaqqfa b’legiżlazzjoni kostituzzjonali jew poter eżekuttiv biex teżerċita ċertu funzjonijiet speċifiċi spazju u konfini definiti. Huwa nies eletti li jaġixxu fl-aħjar interess tal-lokalità tagħhom fejn għandhom obligu legali li joħolqu dawk il-pjattaformi kollha neċessarji sabiex jassiguraw li jkun hemm parteċipazzjoni sħiħa mir-residenti fid-deċiżjonijiet li jittieħdu. Dan iwassal biex ikun hemm sens ċiviku aktar b’saħħtu u sens ta’ appartenenza.

  • Għaliex il-parteċipazzjoni tat-tfal?

Il-parteċipazzjoni tat-tfal huwa aspett kruċjali fl-iżvilupp sostenibbli u huwa wkoll gonvernanza tajba u tħaddim tad-demokrazija lokali. Tant hu hekk, li tragward numru 16 tal-SDGs jenfasizza proprju dwar dan, il-governanza tajba, l-inklużjoni, il-parteċipazzjoni u r-rappreżentaza fit-teħid tad-deċiżjonijiet. 

Mill-perspettiva ta’ drittijiet, hemm argumentazzjoni b’saħħitha fuq il-parteċipazzjoni tat-tfal fil-governanza tal-ibliet u rħula tagħhom. Filwaqt li l-parteċipazzjoni tat-tfal huwa dritt minnu nnifsu, dan iwassal ukoll għal ħolqien ta’ drittijiet oħrajn. 

Pereżempju ċertu leġiżlazzjonijiet jagħmluha tassattiva fuq il-partijiet kollha li jigvernaw illi jassiguraw l-involviment u l-parteċipazzjoni taghhom fl-implimentazzjoni u anki fil-moniteragg ta’ deċiżjonijiet kemm jekk inhuma legislattivi jew le. Artikli jsemmu wkoll l-importanza tal-parteċipazzjoni tal-adoloxxenti sabiex jigu ffurmati anki d-drittijiet taghhom stess.

Mill-att prattiku imbghad, hemm raġunijiet ohra ghalfejn ghandu jkun hemm imbuttar sabiex ikollna interazzjoni ahjar bejn it-tfal u l-adulti. Dan għaliex anki fuq livell lokali, filwaqt li hu importanti li jkollna spazji u linji ta’ kommunikazzjoni bejn iz-zewg nahat, huwa ukoll kruċjali li nassiguraw li dawn ikunu b’ sahhithom tant li jkunu dejjiema u mhux jinholqu biss ghal certu cirkostanza li konvenjentament ikun hemm bzonn li jsiru, ngħidu ahna ghax tkun gejja elezzjoni etc.

L-importanza li jkun hemm mudell ta’ parteċipazzjoni li jaħdem huwa kruċjali mhux biss għat-tfal imma anki ghall-adulti li jkunu qed imexxu l-lokalita. L-informazzjoni li wieħed jista’ jikseb fi proċess parteċipattiv, iwassal biex ikun hemm proġetti aktar sostenibbli, kemm mil-lat finanzjarju kif ukoll mil-lat ta’ użu. 

Ma jagħmilx sens li jiġu investiti eluf ta’ flus fi proġett li fih ma jkunx maħsub l-eżiġenzi u bżonnijiet differenti tat-tfal. Min aktar mit-tfal jista’ jkun jaf x’ hemm bzonn ngħidu aħna fi playing għalihom? Hawn ma rridux biss naċċertaw ir-rappreżentanza parteċipattiva tat-tfal b’mod ġenerali imma rridu nassiguraw ukoll li tfal b’abbiltajiet jew bzonnijiet differenti ukoll ikunu nkluzi u parteċipi. Mhux it-tfal kollha ghandhom l-istess bżonnijiet. Mhux it-tfal kollha għandhom l-istess abbiltajiet. Dan huwa kruċjali għal prinċipju daqstant ieħor importanti, dak tal-inklussività. Irridu niftakru ukoll li ma jistax ikollok inklussività jekk mhux lesti li naċċertaw li jkollna wkoll l-integrazzjoni. 

  • F’hiex għandna naraw li ninvolvu t-tfal?

Ċertament f’dak kollu li jolqot b’mod dirett lilhom fl-immedjat imma wkoll dak li huma jistgħu ikunu jew se jkunu qed jaspiraw għalih fil-futur. 

Jista’ jkun pereżempju nitkellmu fuq zvilupp ambjentali u nhallu barra lit-tfal mid-diskussjoni? Nistgħu ma ninkludux lit-tfal meta nitkellmu fuq il-benessere tal-komunitajiet, meta huma parti integrali minnhom? Nistgħu ma nagħtux każ dak li għandhom xi jghidu t-tfal fejn tidħol inklużjoni u diversità, kultura u integrazzjoni? 

Meta jsir tali eżerċizzju mat-tfal, ikun ifisser li d-deċiżjonijiet mehuda u dawk li għad iridu jittieħdu se jkunu future proof tal-inqas għal futur qarib ta’ ġenerazzjoni sħiħa. 

  • Ir-Rwol tal-Kunsilli Lokali f’dan kollu

Il-Kunsilli Lokali għandhom rwol ċentrali f’dan kollu. Għandhom obbligu li jaraw li joħolqu l-pjattaformi meħtieġa sabiex jagħtu spazju lil dan id-djalogu jsir. Djalogu li jrid iseħħ fil-komunità jekk tassew nemmnu mhux biss fit-tħaddim u s-salvagwardja tad-drittijiet tat-tfal imma wkoll jekk tassew nemmnu f’demokrazija lokali u approċċ ta’ minn isfel għal fuq. Bħala l-eqreb awtorità mar-resident, il-Kunsilli Lokali jilagħbu parti importanti biex ikunu huma l-katalisti li jagħtu u jmexxu b’eżempju dwar kif għandha ssir il-politika mat-tfal.

Dan m’għandux isir biss biex nissodisfaw dan id-dritt, dan irid isir ukoll għaliex għandu jkun hemm konvinzjoni li s-sehem tat-tfal fit-tħaddim u d-deċiżjonijiet fil-komunitajiet, jagħti valur miżjud lil dak kollu li nkunu qed nagħmlu.

Ekonomija

Sport