Friday, December 27, 2024

Il-Partit Laburista b’10.1% fuq il-Partit Nazzjonalista

Aqra wkoll

Fi tmiem it-tieni ġimgħa tal-kampanja għall-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew u f’mumenti politiċi delikati li żviluppaw fl-aħħar jiem, stħarriġ tal-opinjoni pubblika juri li l-Partit Laburista żied il-vantaġġ fuq il-Partit Nazzjonalista biex id-distakk bejn iż-żewġ partiti issa huwa ta’ 10.1% favur il-Partit Laburista, żieda ta’ 1.7% fuq l-istħarriġ ippubblikat mit-TORĊA ft-14 t’April li għaddha.

F’dan l-istħarriġ, ikkummussjonat mit-TORĊA u li sar minn Dott. Vincent Marmarà, juri li meta l-pubbliku ġie mistoqsi liema partit ser jivvota fl-elezzjoni tal-Parlament Ewropew, il-Partit Laburista jgawdi l-appoġġ ta’ 50.4% waqt li l-Partit Nazzjonalista għandu l-fiduċja ta’ 40.3% tal-elettorat. L-Imperium Ewropa rreġistra fiduċja ta’ 5.3%, waqt li partiti oħra għandhom l-appoġġ ta’ 4.1%.

Dan l-istħarriġ, li sar bejn it-6 u l-10 ta’ Mejju b’kampjun ta’ 1,000 persuna, jindika li t-turnout huwa ta’ madwar 69%, b’madwar 67% tal-voti jkunu validi.
L-istatistiku Marmarà qal li meta wieħed jikkunsidra dan it-turnout, id-distakk preżenti huwa ta’ 25,400 vot favur il-Partit Laburista. “Dan id-distakk bejn il-partiti juri li l-Partit Laburista u l-Partit Nazzjonalista ser jeleġġu tliet Membri Parlamentari Ewropej kull wieħed.”

Minkejja dan, kompla jispejga, ma jindikax li bħalissa l-PN qed jagħmel inroads. Fi kliem ieħor, mhux jieħu ammont ta’ voti partikolari mill-Partit Laburista. Żied jgħid li d-distakk bejn il-partiti huwa wieħed aktar baxx meta mqabbel minn elezzjonjiet passati għaliex primarjament għandek numru akbar ta’ votanti Laburisti li qegħdin jgħidu li mhux jivvutaw fl-elezzjoni tat-8 ta’ Ġunju.

L-istatistiku qal li t-turnout, li minn kif jindikaw in-numri s’issa jidher li ser ikun iżjed baxx minn elezzjonijiet oħra, b’hekk ikompli jbaxxi d-distakk bejn il-partiti f’termini ta’ voti.

Ekonomija

Sport