Wednesday, July 24, 2024

Malta tikklassifika l-aħħar fit-tieni semifinali tal-Eurovision

Aqra wkoll

Diżappunt ieħor għal Malta fil-Eurovision Song Contest, hekk kif wara l-finali tas-Sibt, tħabbru r-riżultati uffiċjali taż-żewġ semifinali – b’Malta tikklassifika l-aħħar fis-semifinali li ħadet sehem fiha.

Malta, permezz tal-kantanta Sarah Bonnici – li interpretat il-kanzunetta “Loop” – ħadet sehem fit-tieni semifinali li saret il-Ħamis li għadda fejn kisbet biss 13-il punt li kienu mogħtija mill-Armenja (5 punti), San Marino (4 punti), il-Greċja (3 punti) u Franza (punt).

Din għalhekk kienet it-tieni sena konsekuttiva fejn Malta kklassifikat fl-aħħar post fis-semifinali u t-tielet waħda nfila li fiha ma rnexxilhiex nagħmluha sal-finali. L-aħħar darba li tlajna fil-finali kien fl-2021 bil-kanzunetta Je Me Casse, interpretata minn Destiny Chukunyere.

Din is-sena kienet l-Iżvizzera li rebħet it-68 edizzjoni tal-Eurovision Song Contest permezz tal-kanzunetta “The Code” interpretata minn Nemo. B’kollox l-Iżvizzera kisbet 591 punt segwita mill-Kroazja u l-Ukrajna b’547 u 453 punt rispettivament.

Ekonomija

Sport