Saturday, December 21, 2024

Il-Partit Laburista b’distakk ta’ 13% fuq il-Partit Nazzjonalista

Aqra wkoll

L-istatistiku Vincent Marmarà bl-ewwel survey tal-kampanja elettorali 

Stħarriġ tal-istatistiku Dott. Vincent Marmarà juri li bħalissa l-Partit Laburista għandu l-appoġġ ta’ 55.7% tal-fiduċja tal-elettorat, waqt li l-Partit Nazzjonalista għandu 42.7%. L-ADPD jew partiti oħra għandhom l-appoġġ ta’ 1.6% tal-elettorat. 

Meta r-riżultat ta’ dan l-isħarriġ li sar bejn is-17 ta’ Frar u l-21 ta’ Frar jitqabbel mar-riżultat tal-elezzjoni ġenerali tal-2017, wieħed jinnota żieda ta’ 0.7% għall-Partit Laburista, tnaqqis ta’ 1.0% għall-Partit Nazzjonalista u żieda ta’ 0.3% għall-ADPD jew oħrajn.

Dan l-istħarriġ sar b’kampjun ta’ 750 persuna b’confidence level ta’ 95% u marginal of error ta’ +/- 3.6% fost persuni minn 16-il sena ’l fuq. Għal dan l-istħarriġ il-kampjun miġbur kien imqabbel b’mod preċiż mal-etajiet tan-nies, id-distretti u s-sess tagħhom. 

Xejriet konsistenti fl-istħarriġ tal-opinjoni pubblika 

Jekk wieħed jieħu l-ispettru sħiħ tas-surveys li saru minn Dott. Vincent Marmarà minn wara l-aħħar elezzjoni ġenerali ’l hawn jinnota li l-elettorat żamm fiduċja konsistenti favur il-Partit Laburista. 

Dott. Marmarà rrimarka li hemm ċaqliq żgħir fin-numri u dan jiġri minħabba żewġ fatturi ewlenin: (i) il-varjanza bejn sondaġġ u ieħor (margin of error); u (ii) diversi avvenimenti politiċi li jkunu qed iseħħu fil-pajjiż. “Minkejja dan, iż-żewġ partiti jidher li mhux jirreġistraw shifts maġġuri minn partit għall-ieħor u b’hekk id-distakk jibqa’ konsistenti minn stħarriġ għall-ieħor,” qal l-istatistiku. 

Ekonomija

Sport