Saturday, January 4, 2025

Il-Partit Laburista jissieħeb bħala membru sħiħ fi ħdan Socialists International

Aqra wkoll

F’ittra indirizzata lis-Segretarju Internazzjonali tal-Partit Laburista, John Grech, il-kordinatur ġenerali ta’Socialists International, Chantal Kambiwa, esprimiet sodisfazzjon u saħqet li l-Partit Laburista Malti huwa sieħeb dinamiku li jista’ jagħti kontribut importantiħafna fit-tixrid tal-valuri ta’ din l-organizazzjoni, b’mod partikolari fir-reġjun tal-Mediterran.

Kambiwa temmet tgħid li qed tħares ‘il quddiem biex Socialists International taħdem id f’id mal-Partit Laburista filwaqt li tinsab ħerqana li tilqa’ l-ideat u s-suġġerimenti tal-Partit Laburista.

Is-Segretarju Internazzjonali tal-PL John Grech qal li l-għan tas-sħubija tal-Partit Laburista f’Socialist International huwa li jixpruna iktar il-prinċipji u l-ideat xellugin ma’ partiti soċjal-demokratiċi barranin, li huma affiljati ma’ din l-organizzazzjoni internazzjonali mifruxa f’madwar 100 pajjiż madwar id-dinja.

Ekonomija

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport