Sunday, November 24, 2024

Il-Partit Laburista jsellem il-memorja tal-Perit Dom Mintoff

Aqra wkoll

F’għeluq il-108 sena mit-twelid tal-eks Prim Ministru ta’ Malta u Mexxej tal-Partit Laburista ll-perit Dom Mintoff,  il-Prim Ministru Robert Abela, flimkien mal-Amministrazzjoni tal-Partit Laburista rrikonoxxew il-kontribut kbir li ta lill-pajjiż. L-okkażjoni ġiet immarkata bit-tqegħid tal-fjuri quddiem il-monument tiegħu f’Bormla.

Il-Perit Mintoff jibqa’ magħruf għall-impenn tiegħu fis-soċjaliżmu u l-inizjattivi soċjali tiegħu, kif ukoll għar-rwol ewlieni tiegħu fit-tkabbir ekonomiku ta’ Malta u fil-kisba ta’ ħelsien sħiħ mir-Renju Unit.

F’dan il-mument ta’ riflessjoni, il-Partit Laburista jafferma mill-ġdid l-impenn tiegħu li jkompli jibni fuq il-valuri progressivi u s-suċċessi li Mintoff ħadem tant għalihom, filwaqt li jkompli jippromwovi l-ġustizzja soċjali u l-ugwaljanza għal kulħadd.

Sport