Thursday, October 3, 2024

“Il-Partit Laburista sa minn dejjem iffokka fuq il-politika li tħares lejn in-nies”- Id-Deputata Laburista Amanda Spiteri Grech

Aqra wkoll

“Aħna kburin li għandna nies imexxuna għax din hija l-viżjoni tal-Partit Laburista li aħna nemmnu fiha. Il-Partit Laburista sa minn dejjem iffokka fuq il-politika li tħares lejn in-nies, lejn il-ħaddiema u lejn dawk l-aktar vulnerabbli”

Dan qalitu d-Deputata Laburista, Amanda Spiteri Grech waqt attività politika f’San Pawl il-Baħar. Spiteri Grech qalet li l-partit għandu jara li kull individwu jingħata dak kollu meħtieġ. Dwar il-Partit Laburista nnifsu, irrimarkat li dan dejjem kellu ideal wieħed, dik tad-determinazzjoni li tinkiseb il-ġustizzja soċjali ta’ kull Malti u Għawdxi.

Qalet ukoll; “Ma rridu ninsew qatt il-partit laburista minn fejn beda. Dan huwa l-partit li jgħidu x’jgħidu, li dejjem ra li ħadd ma jaqa’ lura u li lill-dawk fil-bżonn itihom dak kollu meħtieġ”

Saħqet li kull wieħed u waħda minnha ma għandux jinsa x’għamel il-Partit Laburista fil-Gvern. Fost dawn semmiet, l-investiment fis-saħħa u l-kura, ir-riformi soċjali u d-drittijiet ċivili.

Tenniet;”Irrid li jien u int naħdmu id f’id biex pajjiżna jkollu iktar x’joffri. Jien, int intom, aħna flimkien ejjew naħdmu lkoll ma’ xulxin sabiex nahdmu għal għan wieħed, għal Malta, pajjiżna li huwa l-ewwel u qabel kollox”

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport