L-amministrazzjoni tal-Partit Laburista, laqgħet fiċ-Ċentru Nazzjonalista Laburista, lit-tmexxija tal-Kamra tal-Kummerċ. Din ippreżentat il-proposti tagħha għall-ħames snin li ġejjin.
Fi preżentazzjoni dettaljata li saret fil-preżenza tad-Deputati Mexxejja u kandidati tal-Partit Laburista, intqal li dawn il-proposti huma bbażati fuq ħames pilastri.
Dawn huma r-reżiljenza ekonomika, governanza tajba, edukazzjoni u kapital uman, infrastruttura u diġitalizzazzjoni u sostenibilita’.
F’din il-laqgħa l-President tal-Kamra tal-Kummerċ, Marisa Xuereb, spjegat l-għanijiet tal-Kamra tal-Kummerċ u rrikonoxxiet ukoll ħidmet il-Gvern li sostna lill-ħaddiema u n-negozji Maltin u Għawdxin.
Intqal li dan joffri bażi soda ħafna fuq il-pilastri msemmija.
Id-Deputat Mexxej tal-Partit Laburista, Daniel Micallef, sostna li kif il-manifest elettorali tal-Partit Laburista huwa wieħed ambizzjuż u li se jkompli jdawwar sfidi f’opportunitajiet.
Tant li diġà tħabbru inizjattivi ambizzjużi bil-għan li jnaqqsu l-piżijiet minn fuq in-negozji. Fost it-tnaqqis fil-corporate tax minn 35% għal 25%.