Monday, February 10, 2025

Il-Partit Laburista u Robert Abela jibqgħu l-għażla naturali tal-elettorat

Dr Hermann Schiavone

Aqra wkoll

Dr Hermann Schiavone, li jispeċjalizza fl-analiżi ta’ surveys u politika Maltija, meta kkummenta dwar l-istħarriġ qal li “‘dan hu stħarriġ li jagħti stampa tas-sitwazzjoni llum. L-istħarriġ jibda mill-ewwel b’figura u jagħti importanza kbira lil dawk li huma indeċiżi. 22 fil-mija ma jafux lil min se jivvutaw jekk issir elezzjoni għada. Dawn se jkunu determinanti fejn se jmur il-gvern. Din hi forza li hi siektau li qiegħda tanalizza dak li qed jiġri bħalissa. Din hi xejra. Ma trid tara l-istħarriġ waħdu imma ix-xejra. Ix-xift bejn il-partiti huma minimi. Għalhekk importanti li nagħtu dan il-valur. Qabel konna ngħidu li u ‘iwa issa in-nies jivvutaw’. Ma nistgħux ngħidu b’certezza li f’elezzjoni din il-faxxa se toħroġ tivvota.”

Dr Hermann Schiavone ikompli jgħid li “meta wieġed iqabbel dan ma’ starrioġ ieħor f’Ottubru b’turnout ta’ 75 fil-mija il-Partit Laburista reġa’ kiseb il-maġġoranza assoluta. Il-Partit Laburista żieda kważi 2 fil-mija u l-Partit Nazzjonalista żied b’1 fil-mija. Dań iċ-ċaqlieq ġie minn dawki li qalu li se jivvutaw partiti oħra. Kellna individwi li qalu li se jniedu partiti ġodda u dan ma wassalx għal appoġġ lill-partiti żgħar imma ġara fil-kontra. Il-ftit li ċċaqlaq hu mll-partiti żgħar għall-Partit Laburista. F’termini ta’ voti żied l-appoġġ bi kważi 4,000 vot minn Ottubru lil hawn.”

Dr. Hermann Schiavone qal li “nagħti valur kbir lit-trust rating. Xi ħaġa interessanti li qed ninnutaw hi li Robert Abela b’md konsistenti jibqa’ aktar popolari minn Bernard Grech. Il-Partit Nazzjonalista għandu għal xhiex jinkwieta li 63.5 fil-mija biss għandhom fiduċja f’Bernard Grech. L-aktar figura li għandha tinkwieta lil Partit Nazzjonalista, hi li mill-votanti Nazzjonalsiti għandek 17 fil-mija li qed jgħidu ma jafdaw lil ħadd, waqt li tal-Partit Laburista 4.6 fil-mija. Din figura importanti għax għal din għandi spjegazzjoni ċara. Ma jdejjaqni xejn li xi ħadd jgħidli jippreferi mexxej ieħor. Li l-Partit Nazzjonalista, 13 -il sena wara li ilu fl-Oppozizzjoni ikollu 17 fil-mija li jgħidu ma jivvutaw lil ħadd, ifisser li l-problema tal-mexxej mhix fil-mexxej Bernard Grech. Dan ifisser li l-Partit Nazzjonalista, il-mod kif inħatru l-aħħar żewġ mexxejja, ma kienx hemm it-trasferiment normali ta’ kif sir il-Kap tal-partit. Kellek lil Adria Delia tela’ b’mod demokratiku minkejja bsaten fir-roti, f’nofs leġislatura kellek lil Benard Grech jieħu it-tmexxija. Hawnhekk il-Partit Nazzjonalista għandu problema fil-figura tal-kap. Jidher li hawnhekk hawn qsim li jidher li mhux żgħir. Ghalhekk Bernard Grech hu difficli biex jilħaq it-trust rating ta’ Robert Abela.
Robert Abela għandiu l-partit warajh bħala mexxej u hu b’saħħtu.”

Herman Schiavone qal li “l-Partit Nazzjonalista qed ibati biex iġib lura nies li huma tradizzjonalment Nazzjonalisti. Naħseb l l-politika tal-Partit Nazzjonalista mhix attrajenti biżżejjed biex iġġib in-nies lura. Anke ċerti alleanzi u ċerta lingwa iddejjaq u tgerrex lin-nies. Li hu żgur hu li fil-pajjiż m’hawnx aptit tal-bidla. Il-poplu minkejja kollox donnu jippreferi lingwa aktar pożittiva milli dik negattiva. L-inkjesti maġisterjali li infetħu kienu vantaġġ għall-Partit Nazzjonalista jew le? Diffiċli tgħid. Li hu żgur hu li l-Partit Nazzjnalsita ma jistax ikollu sieq lhawn u sieq lhemm. Qed naħseb li l-Partit Nazzjonalista għandu din il-problema ma’ faxxa kbira ta’ nies għax ma’ faxxa ta’ nies eks Nazzjonalisti għadhom mhux jaraw li l-Partit Nazzjonalista li lest li jiggverna. Il-Partit Nazzjonalista irid jagħmel ‘soul searching’ u jara lil min irid jindiridzza biex jirnexxielu jċaqlaq dawn in-numri. L-unika ħapa pożittiva tal-Partit Nazzjonalista hu li d-distakk niżel aktar minn nofs. Imma dan mhux riżultat ta’ ċaqlieq ta’ votanti, imma għax hemm votanti li qed jgħidu li mhux se jivvutaw. Il-Partit Labirista allura għandu ċans jikber aktar.”

Herman Schiavone qal ukoll li “12.9 fil-mija li vvutaw lil Partit Laburista qed jgħidu mhux se jivvutaw. Hemm 25 fil-mija tal-votanti qed jgħidu li ma jafux jew ma jivvutawx. Il-Partit Laburista u Robert Abela jibqgħu l-għazla naturali tal-elettorat. Riżultat ta’ distakk ta’ 16,000 vot f’nofs leġislatura hu eċċellenti”.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport