Madwar 5000 partitarju ta’ Genoa inġabru fil-pjazza ta’ din il-belt sabiex jagħtu merħba lill-attakkant il-ġdid tagħhom Mateo Retegui li ngħaqad magħhom mingħand Tigre ftit tal-jiem ilu.
Fl-ewwel kumment tiegħu, il-plejer Italo-Arġentin qal li sema’ ħafna affarijiet sbieħ fuq dan il-klabb u se jipprova jaqdi l-ħtiġijiet tat-tim billi jiskorja l-gowls.
Retegui qal li l-kowċ Alberto Gilardino kien skorer prolifiku mat-tim nazzjonali Taljan u hu jixtieq ħafna li jasal sa dak il-livell.
Retegui għandu 24 sena u fil-passat lagħab fl-Arġentina ma’ Boca Juniors, Estudiantes, Talleres u Tigre.