Monday, May 13, 2024

Sow viċin Lazio

Aqra wkoll

Lazio jinsabu ferm viċin li jakkwistaw is-servizzi tal-midfielder ta’ Eintracht Frankfurt Djibril Sow. Dan il-plejer għandu 26 sena u hu ta’ nazzjonalita’ Żvizzera. Hu ilu mat-tim minn Frankfurt sa mis-sena 2019 fejn lagħab 120 logħba u skorja seba’ gowls. 

Sow għandu esperjenza notevoli fil-futbol internazzjonali hekk kif lagħab ukoll ma’ Zurich, Borussia Monchengladbach u Young Boys.

L-eks plejer ta’ Lazio Valon Behrami rrakkomanda lil dan il-plejer hekk kif qal li joffri kontinwita’ kbira f’nofs il-grawnd.

Sport