Hekk kif Lazio tilfu b’sorpriża t-tieni logħba tagħhom fis-serie A Taljana, kien hemm tisfir kontinwu fi Stadio Olimpico fejn il-partitarji tal-klabb ħeġġew lill-plejers benjamini tagħhom sabiex juru aktar karattru u fuq kollox grinta qabel ma tasal xi kriżi bikrija.
Lazio jinsabu fl-aħħar post tal-klassifika mingħajr ebda punt wara żewġ telfiet kontra Lecce u Genoa.
I Biancocelesti għandhom impenn diffiċli fi tmiem il-ġimgħa li ġej hekk kif jaffaċċjaw lil Napoli barra minn darhom.
Feyenoord jixxalaw u jiskorjaw sitta
Fit-tielet ġurnata tal-kampjonat Eredivisie Olandiża, spikkat ir-rebħa kbira ta’ 6-1 li Feyenoord kisbu kontra Almere City. Santiago Gimenez kien il-protagonista meta skorja doppjetta b’Igor Paixao, Lut Geertruida, Mats Wieffer u Quinten Timber. Għalxejn kien il-gowl ta’ Jochem Ritmeister li naqqas l-iskor għal Almere.
F’aktar riżultati, Nijmegen għelbu lil Waalwijk 3-0 filwaqt li Excelsior u Fortuna Sittard spiċċaw fi draw ta’ 2-2.