Friday, July 26, 2024

Il-partitarji ta’ Real Madrid jingħaqdu biex jospitaw il-finali taċ-Champions League

Aqra wkoll

Partitarji tar-Real Madrid, il-ġimgħa d-dieħla se jkunu qegħdin jorganizzaw avveniment b’xejn, sabiex jingħaqdu flimkien u jaraw c-Champions League tant mistennija minn bosta.

Huwa għalhekk li Pena Madridista Malta, se jkunu qegħdin jorganizzaw din l-attività fil-Kazin Banda San Nikola, fis-Siġġiewi, għall-ħabta tas-7:00 p.m.

Huwa mifhum li Pena Madridista Malta ilu mwaqqaf minn Diċembru tal-2023. Il-grupp bħalissa qed ifittex rikonoxximent uffiċjali mingħand Real Madrid biex jissolidifika l-istatus tiegħu bħala klabb uffiċjali tas-supporters.

Pena Madridista Malta regolarment torganizza laqgħat għall-membri u l-ħbieb biex jaraw il-logħbiet ta’ Real Madrid flimkien

Għal aktar informazzjoni dwar dan l-avveniment u għal kwalunkwe informazzjoni, wieħed għandu jżur il-paġna ta’ Facebook; ‘Pena Madridista Malta’.

Ekonomija

Sport