Wednesday, July 24, 2024

Qbil bejn il-Gvern u l-MUT dwar ftehim settorjali ġdid

Aqra wkoll

Il-Gvern u l-MUT laqgħu b’sodisfazzjon li l-laqgħat u n-negozjati li saru, anki din il-ġimgħa stess, wasslu biex jintlaħaq qbil li permezz tiegħu l-Unjin tal-Għalliema (MUT) tista’ tmur għand il-membri tagħha u tressaq dan il-ftehim għall-approvazzjoni tagħhom għal ftehim settorjali ġdid.

Fi stqarrija, il-Ministeru u l-MUT irringrazzjaw lil dawk kollha li kienu madwar il-mejda tad-diskussjonijiet għall-impenn u x-xogħol tagħhom li wasslu biex wasalna sa hawn.

B’reazzjoni, il-Prim Ministru Robert Abela laqa’ b’sodisfazzjon il-ftehim filwaqt li rringrazzja lill-Ministru tal-Edukazzjoni Clifton Grima u lill-impjegati dedikati taċ-ċivil tal-ħidma tagħhom biex seta’ jintlaħaq dan il-qbil.

“Dan se jimmarka investiment sinjifikanti u bla preċedent fl-edukazzjoni tat-tfal tagħha u l-futur tal-gżejjer tagħna,” qal il-Prim Ministru.

Ekonomija

Sport