Wednesday, December 25, 2024

Il-passiġġieri fuq tal-linja jonqsu b’żewġ terzi

Aqra wkoll

In-numru ta’ persuni li qed jużaw it-trasport pubbliku naqas għal terz ta’ dak li kien qabel daħlet il-coronavirus.

Waqt li bħala medja kienu 150,000 il-passiġġier li kienu jużaw il-karozzi tal-linja kuljum qabel bdiet l-imxija f’pajjżina, issa dawn niżlu għal 50,000 passiġġier.

Kien il-Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali Ian Borg li ħabbar dan meta flimkien maċ-Ċermen ta’ Transport Malta Joseph Bugeja kien qed iħabbar €3.5 miljun fi skemi biex il-pubbliku juża vetturi ġodda li jniġġsu anqas.

Permezz ta’ dawn l-iskemi l-Gvern qed joffru sa €900 għal persuna li tiskreppja vettura u ddaħħal oħra li ma tniġġisx ħafna, sa €7,000 meta tixtri karozza elettrika ġdida, sa €2,000 meta ddaħħal karozza elettrika ‘second hand’, sa 25% tal-valur meta persuni tixtri mutur jew ‘quadricyle’ tal-elettriku, sa €400 meta tixtri ‘pedelec’, mutur jew scooter tal-elettriku u sa €200 jekk taqleb vettura mill-fjuwil għall-gass.

Skema oħra hija immirata għat-taxis u vetturi biex ikunu jistgħu jakkomodaw persuni b’diżabilita fejn jistgħu jieħdu jkunu sa €10,000 kull vettura.

L-iskemi huma eliġibbli għal dawk kollha li xtraw vetturi mill-bidu ta’ din is-sena bil-kriterji tal-eliġibilta u applikazzjonijiet jinstabu fuq is-sit elettroniku ta’ Transport Malta.

Ekonomija

Sport