Wednesday, December 25, 2024

“Il-pazjenti kollha li fiequ mill-COVID-19 żviluppaw antikorpi… mhux kollha ndaqs”

Aqra wkoll

Minn MELVIN FARRUGIA

It-tabib Roberto Burioni, li hu Professur tal-Mikrobioloġija u l-Viroloġija fl-Università Vita-Salute San Raffaele ta’ Milan u Direttur Xjentifiku ta’ Medical Facts, ħabbar li l-pazjenti li jfiequ mill-COVID-19, kollha jipproduċu l-antikorpi kontra l-virus,  għalkemm mhux kollha bl-istess ammont. 

Hu jispjega li din hi aħbar tajba peress li tpoġġi f’sitwazzjoni affidabbli d-dijanjosi mit-testijiet seroloġiċi, filwaqt li jekk l-antikorpi jkunu protettivi, allura huma tajbin biex tinbena l-immunità. 

Min-naħa tiegħu, it-tabib ikkwota studju li sar fiċ-Ċina u li juri li l-antikorpi jirrispondu għas-SARS-CoV-2 f’pazjenti li għandhom il-COVID-19. Dan l-istudju sar fost 285 pazjent bil-COVID-19 u minnu rriżulta li t-testijiet seroloġiċi jistgħu jkunu ta’ għajnuna fid-dijanjosi ta’ pazjenti suspettati li għandhom il-Coronavirus, iżda li rriżultaw negattivi u għal dawk li huma asintomatiċi. 

Dettalji dwar dan ir-rapport jistgħu jinkisbu mil-link https://www.nature.com/articles/s41591-020-0897-1

Pillola qawwija ta’ ottimiżmu u l-isbaħ aħbar minn mindu faqqgħet il-pandemija.

Dwar dak li qal Burioni, tkellem ukoll Guido Silvestri li jmexxi laboratorju tar-riċerka avvanzat tal-mikrobioloġija. Hu qal li din l-aħbar hi pillola qawwija ta’ ottimiżmu u l-isbaħ aħbar minn mindu faqqgħet il-pandemija. Spjega li dan l-istudju kkonferma li s-sistema immunitarja tagħna tirrispondi bl-antikorpi kontra l-virus, liema risposta wisq probabbli tipproteġi lill-bniedem milli jerġa’ jiġi infettat jew għall-inqas milli jerġa’. jimrad. Qal li ma jistax jingħad kemm iddum din ir-risposta, iżda każi preċedenti ma’ virus simili jissuġġerixxu li din ir-risposta għandha ddum bejn 12 u 24 xahar. 

Ekonomija

Sport