Monday, December 23, 2024

Il-Perit David Xuereb jinħatar Chairperson tal-MCESD

Aqra wkoll

Il-Perit David Xuereb inħatar Chairperson tal-Kunsill Malti għall-Iżvilupp Ekonomiku u Soċjali, l-MCESD, wara konsultazzjoni mal-imsieħba soċjali.

Il-Perit Xuereb serva bħala President tal-Kamra tal-Kummerċ u, filwaqt li mexxa kumpaniji stabbiliti, kien fdat bi proġetti maġġuri kemm f’Malta kif ukoll f’pajjiżi oħra. Tul is-snin, huwa kien attiv fl-oqsma tad-disinn sostenibbli u l-industrija l-ħadra. Għallem, ta preżentazzjonijiet u għamel diskorsi f’diversi universitajiet u istituzzjonijiet, b’interessi partikolari fuq is-sostenibbiltà, l-ambjent u t-tibdil fil-klima. Huwa se jkun is-seba’ Chairperson tal-MCESD.

Is-Segretarju Parlamentari għad-Djalogu Soċjali Andy Ellul irringrazzja lil James Pearsall għall-ħidma tiegħu fit-tmexxija tal-MCESD u awgura lill-Perit David Xuereb għal din il-kariga l-ġdida. Saħaq li jinsab konvint li huwa se jkun qed jagħti l-massimu tiegħu biex id-djalogu soċjali f’pajjiżna jkompli jissaħħaħ fl-interess tal-ġid komuni.

Ekonomija

Sport