Wednesday, March 27, 2024

Jibda l-ġuri dwar il-qtil ta’ Simon Grech

Aqra wkoll

Żewġt irġiel bdew għaddejjin ġuri fuq il-qtil ta’ Simon Grech ta’ 20 sena, każ li jmur lura għall-2005.

L-akkużati huma Ismael Habesh ta’ 51 sena mil-Libja u Faical Mahouachi ta’ 55 sena mit-Tuneżija.

Grech ta’ 20 sena mis-Siġġiewi nstab mejjet b’daqqiet ta’ sikkina f’għalqa fejn is-Salib tal-Marsa. Il-katavru ta’ Grech instab fit-13 ta’ April 2005, moħbi qalb il-ħaxix u fi stat ta’ dekompożizzjoni.

Waqt il-kumpilazzjoni tax-xhieda kien intqal li Habesh kellu relazzjoni omosesswali mal-vittma, u dakinhar qabad jargumenta mal-vittma u aggredih. L-akkużat l-ieħor intqal li kien fil-karozza u allegatament ħareġ jassisti lil sieħbu. Awtopsja kienet ikkonfermat li l-vittma qalgħet 17-il daqqa ta’ sikkina.

L-Avukati Edward Gatt u Ishmael Psaila qed jidhru għal Habesh waqt li l-Avukat Simon Micallef Stafrace qed jidher għal Mahouachi.

L-Avukat Roberto Montalto qed jidher parte civile għall-familja ta’ Grech.

Ekonomija

Sport