Wednesday, April 24, 2024

Il-persuni kollha li jaslu r-Renju Unit iridu jagħmlu PCR test u jiżolaw lilhom infushom sakemm ikollhom test negattiv

Aqra wkoll

Kull min se jivvjaġġa lejn ir-Renju Unit se jkollu jagħmel PCR test sa tmiem it-tieni jum wara l-wasla tiegħu u jiżola lilu nnifsu sakemm ikollu riżultat negattiv.

Bħalissa, il-Brittaniċi u l-barranin kollha li jidħlu fir-Renju Unit huma meħtieġa jagħmlu test PCR fit-tieni jum wara l-wasla tagħhom.

Ir-regoli l-ġodda jżidu r-rekwiżit għall-iżolament sakemm ikun hemm riżultat negattiv.

Ħabbar dan illum il-Prim Ministru tal-pajjiż Boris Johnson hekk kif ftit sigħat qabel ġew ikkonfermati żewġ każi tal-varjant il-ġdid tal-Covid-19 fir-Renju Unit.

“Irridu nnaqqsu t-tixrid ta’ dan il-varjant, għalhekk minbarra l-miżuri li diġà qed nieħdu biex nillokalizzaw lil dawk li marru f’pajjiżi ta’ tħassib f’dawn l-aħħar għaxart ijiem, se neħtieġu l-kuntatti kollha ta’ dawk li jirriżultaw pożittivi b’każ suspettat tal-varjant il-ġdid biex jiżolaw ruħhom għal għaxart ijiem,” qal Johnson.

Apparti minn hekk,  l-gvern Ingliż se jkun qed jagħmel il-maskri obbligatorji fil-ħwienet u fuq it-trasport pubbliku. Madanakollu, il-Prim Ministru Johnson għadu fiduċjuż li l-Milied li ġej se jkun aħjar minn tas-sena l-oħra. 

Sport