Sunday, December 22, 2024

Il-pillola kontraċettiva tista’ tbiddel l-imġieba ta’ mara

Aqra wkoll

Il-pillola kontraċettiva tista’ tbiddel parti mill-moħħ ta’ mara liema parti hija responsabbi mill-emozzjonijiet, anzjetà u biża’ u għalhekk tpoġġi lil persuna li jibda jkollha mġieba mhux daqshekk sigura.

Riċerkaturi fil-Kanada studjaw 139 mara li età tagħhom tvarja bejn 23 u 35 sena u sabu li dawk li jieħdu l-pillola kontraċettiva għandhom parti mill-moħħ tiffunzjoni b’mod differenti. 

Minħabba dan, ir-riċerkaturi qalu li qiegħed ikun hemm impatt fuq l-imġieba ta dawn in-nisa fejn jieħdu ħafna aktar riskji u ma jaħsbux qabel ma jwettqu xi ħaġa.

It-tim li wettaq din ir-riċerka qal li hemm bżonn aktar studju dwar dan, iżda l-ewwel riżultati qegħdin juri li jkun hemm tibdil kbir fl-imġieba tan-nisa.

Skont l-aħħar stastika li ġie ppubblikata aktar minn 150 miljun mara jieħdu l-pillola kontraċettiva kuljum u b’hekk inaqqsu r-riskju ta’ tqala bejn 93 u 99%.

Alexandra Brouillard, riċerkaturi fl-Université du Québec à Montréal u li kiteb l-ewwel studju dwar din ir-riċerka waqt li kien qiegħed jikkummenta fil-midja internazzjonali qal li l-użu tal-pillola kontraċettiva qiegħed iħalli effetti fuq il-moħħ u dan jista’ jkun minħabba l-affarijiet li biha hija maħduma l-istess pillola.

Fir-riċerka ħadu sehem 62 mara li jieħdu l-pillola b’mod regolari, 37 mara li kienu jieħdu din il-pillola u issa waqfu, 40 mara li qatt ma ħadu l-pillola kontroċettiva kif ukoll 41 raġel biex ikunu jistgħu jqabblu l-moħħ ta’ mara ma’ dak ta’ raġel.

Ekonomija

Sport