Tuesday, December 24, 2024

Il-PL jinnota li Grech sejjaħ iċ-ċekkijiet bħala politika tal-“gimmicks”

Aqra wkoll

Il-Partit Laburista innota li Kap tal-Partit Nazzjonalista kkonferma li se jwaqqaf iċ-ċekkijiet tar-rifużjoni tat-taxxa.

Fi stqarrija, il-PL qal li b’hekk ikkonferma wkoll li min hu fuq paga minima se jitlef dak kollu li diġà jieħu llum, filwaqt li l-maġġoranza assoluta tal-ħaddiema se jmorru minn taħt biex igawdu biss 4%.

Il-PL qal li Bernard Grech deher ċar li ried jevita d-domanda, iżda meta kellu jweġibha rrepeta dak li qalu iktar kmieni l-eks Ministru Tonio Fenech u d-deputat Jason Azzopardi.

“Lil dawk li se jitilfu ċ-ċekkijiet ta’ rifużjoni, Grech qal li hemm diversi inċentivi oħra, per eżempju meta jkunu qegħdin jixtru l-proprjetà. Dan filwaqt li sejjaħ iċ-ċekkijiet bħala politika tal-gimmicks.”

“Bil-proposta ta’ Bernard Grech, kwart ta’ miljun ħaddiem se jitlef ċekk sa massimu ta’ €140. L-€24 miljun li jrid jiffranka Gvern Nazzjonalista b’din il-miżura se jallokah biex ftit eluf ta’ nies li jaqilgħu €60,000 jew aktar jieħdu roħs fit-taxxa ta’ €2,000.”

Il-PL qal li Gvern Laburista mhux talli jżomm iċ-ċekkijiet ta’ rifusjoni imma talli jżidhom għal €165. Dan filwaqt li jgħolli t-threshold ta’ taxxa minn meta tibda titħallas l-income tax ħalli ħafna ħaddiema fuq dħul baxx ma jibqgħux iħallsu taxxa. Fl-istess ħin igawdu roħs medju ta’ €300 fl-income tax il-ħaddiema kollha mingħajr ebda distinzjoni.

Ekonomija

Sport