Wednesday, December 25, 2024

Il-PL juri d-differenza bejn Gvern li jġib l-interess ta’ pajjiżu u Oppożizzjoni li tfittex biss biex f’kull okkażjoni tagħmel ħsara lil pajjiżha

Aqra wkoll

Id-differenza netta bejn iż-żewġ partiti hija ċara. Gvern li lbieraħ laqgħa tmien Mexxejja tan-Nofsinhar tal-Unjoni Ewropea u t-tmexxija tal-Unjoni Ewropa u serviet biex intlaħaq qbil fuq għaxar punti ta’ sfida li joffru soluzzjonit innovattivi li jippromwovu l-paċi, stabilità u prosperità u min-naħa l-oħra, Oppożizzjoni bil-Membru Parlamentari Ewropew, David Casa, l-uniku ħaġa li kellu f’moħħu kien li jibgħat ittra lill-President tal-Kummissjoni Ewropea, Ursula von der Leyen biex jiġi skattat mekkaniżmu sabiex pajjiżna jtellfu Fondi Ewropej.

Dan kien il-messaġġ ewlieni tal-Membru Parlamentari Ewropew, Alex Agius Saliba u s-Segretarju Parlamentari Chris Bonett waqt konferenza tal-aħbarijiet.

Il-Membru Parlamentari Ewropew, Alex Agius Saliba sostna kif il-laqgħa tal-bieraħ bejn il-Mexxejja ssarrfet f’soluzzjonijiet strateġiċi bbażati fuq id-djalogu u iktar minn hekk, iwasslu biex jibqgħu jittieħdu d-deċiżjonijiet meħtieġa. Fl-istess nifs, semma wkoll kif “bħal Kap tiegħu, David Casa għadu qed ifittex l-iskużi għaliex il-Partit Nazzjonalista tilef l-elezzjoni ġenerali. Għadu ma fehemx li hi l-arroganza u l-ħidma kontra pajjiżna ta’ nies bħalu li waslu għall-ikbar telfiet fl-istorja tal-Partit Nazzjonalista. Qed joħroġ dejjem iktar ċar kif il-Partit Nazzjonalista ma jinbidel qatt.”

Is-Segretarju Parlamentari Chris Bonett saħaq li “filwaqt li l-Oppożizzjoni tperreċ kemm tiflaħ kull narrattiva kontra pajjiżna, l-Unjoni Ewropea tinsab fuq in-naħa ta’ Malta. Tappoġġa l-pjan tagħna li nappoġġjaw b’mod sħiħ lil dawk l-investituri li jifhmu li hi meħtieġa enfasi akbar fuq l-innovazzjoni u l-kwalita’… Dan il-pajjiż se jibqa’ jkollu għażla, jew magħna jimxi ’l quddiem bi prosperità ġdida, jew mal-Oppożizzjoni jerġa’ jmur lura għall-awsterità tal-2013 u l-istaġnar, li sfortunatament bħalissa, aħna u nitkellmu, qegħdin naraw li qed iseħħ f’numru ta’ pajjiżi oħrajn. Għalhekk l-għażla li għandna quddiemna hi ċara. Dan il-pajjiż irid jibqa’ miexi ’l quddiem. Għalhekk se nibqgħu nsaħħu lil Malta Tagħna.

Ekonomija

Sport