Saturday, May 18, 2024

Raġel jitressaq il-Qorti b’rabta ma’ serqa f’Għawdex

Aqra wkoll

Investigazzjonijiet tal-Pulizija wasslu għall-arrest ta’ raġel mill-Maċedonja ta’ 42 sena, b’rabta ma’ serqa minn stabbiliment tal-ikel li jinsab fi Triq iż-Żewwieqa, f’Għajnsielem, Għawdex.

Il-każ seħħ fis-6 ta’ Settembru meta l-Pulizija ġew infurmati mis-sid tal-post li sab ammont konsiderevoli ta’ flus kontanti misruqa. Il-Pulizija minnufih bdew bl-investigazzjonijiet intensivi li wasslu biex ġie identifikat l-allegat ħalliel.

Aktar kmieni llum, ir-raġel tressaq taħt arrest fil-Qorti t’Għawdex quddiem il-Maġistrat Dr Simone Grech LL.D akkużat b’serq, fost akkużi oħra.

Huwa m’ammettiex l-akkużi miġjuba kontrih u nżamm taħt arrest.

Sport