Tuesday, May 14, 2024

“Il-PL qed igawdi vantaġġ ta’ 18,000 vot fuq il-PN f’każ ta’ elezzjoni”

Stħarriġ ta' The Times of Malta

Aqra wkoll

Skont stħarriġ ippubblikat mill-ġurnal The Times of Malta li kieku kellha ssir elezzjoni għada, il-Partit Laburista qiegħed igawdi vantaġġ ta’ 18,000 vot. 

Skont l-istħarriġ filwaqt li dawk li lesti jivvutaw lill-Partit Laburista naqsu, jidher li l-Partit Nazzjonalista qiegħed ifalli milli jieħu vantaġġ minn din is-sitwazzjoni biex jirbaħ ammont sostanzjali ta’ voti hekk kif dawk li lesti jafdawh żdiedu biss b’madwar 2 fil-mija mill-aħħar elezzjoni.

Minkejja li dawk li qalu li m’għandhomx il-ħsieb li jivvutaw baqa’ stabbli mill-aħħar stħarriġ ippubblikat mill-istess ġurnal, skont ir-riċerkaturi jidher li dawn mistennija jonqsu drastikament sal-elezzjoni.

Sport