Tuesday, May 14, 2024

GRAZZI LILL-ĦADDIEMA TAL-ENEMALTA

Aqra wkoll

F’temperaturi qawwija u bi sħana kbira għal sigħat sħaħ ħaddiema tal-Enemalta f’diversi żoni f’Malta kinu għaddejjin b’ħidma qawwija u ma taqta xejn biex tissewwa ħsara li inqalgħet f’diversi żoni madwar Malta. Ħaddiema li kellhom jaħdmu kontra l-elementi naturali b’mod partikolari is-sħana qawwija. Ħidma karatterizzata minn sagrifiċċji mill-istess ħaddiema f’ħidma delikata għall-aħħar.

Wieħed jifhem li kull qtugħ fil-provvista tal-elettriku iġib ħafna ilmeni u joħloq konwegwenzi negattivi. Jekk dak l-istess qtugħ fil-provvista idum għal diversi sigħat kif ġara, l-ilmenti u l-konsegwenzi negattivi se jkunu akbar.  Hi xena ta’ qsim il-qalb tara familji jarmu l-ikel li kellhom maħżun fil-freezers, l-istess kif hi iebsa tara ħwienet magħluqa minħabba li l-provvista tal-elettriku tkun inqatgħet. 

Hi ħasra li waqt li smajna ilmenti u tgergir minħabba l-qtugħ fil-provvista, smajna ħafna inqas min jitkellem u jfaħħar l-isforz li kienu għaddejjin bih il-ħaddiema tal-Enemalta. Sforzi intiżi biex il-familji u n-negozji ikollom il-provvista tal-elettriku. Smajna saħansitra min tkellem b’mod dispreġjattiv fuq il-kapaċitajiet tal-ħaddiema tal-Enemalta. Dikjarazzjoni żbaljati, u insensittivi għal aħħar.  Qegħdin ngħidu dan għax nafu li dawn il-ħaddiema ħadmu sigħat sħaħ, bogħod mill-familjari tagħhom fi sħanat qawwija speċjalment matul il-ġurnata. 

Dak li seħħ f’pajjiżna maux uniku. L-istess fenomenu ta’ qtugħ ta’ dawl qegħdin jesperjenzawh għadd ta’ pajjiżi oħra madwar il-Mediterran fosthom l-Italja, Spanja u Ċipru.

Wieħed ma jistax ma jirrimarkax li d-domanda qawwija li kien hemm għall-elettriku kawża tas-sħana fejn proprju fl-aħħar jiem ġiet reġistrata domanda rekord ta’ 624 MW. 

Quddiem dan it-triq ‘lquddiem għandha tkun dik li l-pajjiż jitratta sitwazzjoni bħal dawn għall-futur.  Il-pjan ta’ azzjoni mħejji, għandu jgħin biex sitwazzjoni bħal dak li esperjenzajna fl-aħħar jiem jiġu evitati.

Filfatt il-pjan ta’ azzjoni imħejji u li beda jitwettaq għandu investimenti ta’ xejn inqas minn €90 miljun u €70 miljun oħra mill-programm ta’ finanzjament RePowerEU.

Il-pjan jinkludi xogħol fl-aktar żoni li għandhom bżonn jissaħħu, inkluż l-iżvilupp ta’ Distribution Centre fin-Naxxar fejn diġa saret applikazzjoni mal-Awtorita tal-Ippjanar u xogħol ta’ rinfurzar fl-inħawi taż-Żurrieq, il-Mosta, is-Siġġiewi u l-Qrendi. 

Investimenti u xogħol li sar hemm dak ta’ 66 substation ġdida, rinfurzar ta’ 9 cables tal-11KV, nbiddlu mal-120KM ta’ areal lines, 130 infurzar fuq vultaġġ baxx u titjib fiċ-ċentri ta’ distribuzzjoni ta’ Wied il-Għajn, Ħal Tarxien u l-Imrieħel. Ma’ dawn għaddejja ħidma ukoll fuq ċentru ta’ distribuzzjoni fl-Isptar Mater Dei li se jkun qed isaħħaħ iż-żona tal-madwar, fis-Siġġiewi u St Andrews fost oħrajn.

Din hi kollha ħidma li qed titwettaq minn tim ta’ ħaddiema mill-aktar dedikati fl-Enemalta. Tim li ħafna drabi ma jissemmiex u huma f’okkażjonijiet bħal dawk ta’ l-aħħar jiem, fejn naraw  kemm il-ħidma tagħhom hi importanti.

Sport