Tuesday, December 24, 2024

“Il-PL qed iżomm l-istabbiltà fil-kontijiet u t-tradizzjoni li ma jżidx it-taxxi“

L-eks Prim Ministru Joseph Muscat b'reazzjoni għall-budget 2023

Aqra wkoll

Min-naħa tiegħu, l-eks Prim Ministru u ekonomista Joseph Muscat qal li kieku l-budget kien fih biss sentenza waħda li tgħid li l-kontijiet tad-dawl mhux se jogħlew minkejja l-kriżi enerġetika internazzjonali, il-Gvern Laburista kien ikun għamel iktar minn kull Gvern ieħor fl-Unjoni Ewropea.

“Daqshekk hu b’saħħtu dan il-budget. Aħseb u ara meta l-Ministru tal-Finanzi kompla fit-tradizzjoni ġdida li bdejna ta’ Gvernijiet Laburisti li ma jżidux taxxi, u daħħal miżuri soċjali oħra. Nara żewġ sfidi li joħorgu mill-budget,” qal Dr Muscat.

“L-ewwel nett li l-Gvern ma jaqax fin-nasba li jħalli l-istabilità fil-kontijiet tittieħed for granted mill-familji u n-negozji. Il-kritika tal-Oppożizzjoni ta’ budget “kosmetiku” hija sempliċi u tista’ tkun effettiva ma’ min ma jindunax xi sforz enormi qed isir biex il-kontijiet jinżammu f’dan il-livell.  X’ jista’ jsir? B’ mod effettiv naħseb il-Gvern għandu jikkunsidra jibgħat ittra ma’ kull kont fejn kull familja u kull negozju jingħataw indikazzjoni ta’ kemm kien ikun il-kont tagħhom kieku ma kienx hemm dan l-intervent.

“It-tieni nett, jibqa l-bżonn ta’ tkabbir ekonomiku. Budgets soċjali bħal ta’ dawn l-aħħar snin jibqgħu possibbli biss jekk l-ekonomija tibqa’ tikber b’ritmu tajjeb. Li l-kontijiet ma jogħlewx huwa l-akbar inċentiv, li mbagħad iridu jiżdiedu magħhom deciżjonijiet ċari favur it-tkabbir ekonomiku,” tenna Dr Muscat.

Ekonomija

Sport