Tuesday, December 24, 2024

Il-PL se jinnomina lil Silvio Parnis biex ikun rikonoxxut mill-Istat

Aqra wkoll

Silvio Parnis se jkun innominat biex jiġi rikonoxxut mill-Istat fuq nomina tal-Partit Laburista.

Dan intqal fi stqarrija li ħareġ il-Partit Laburista fejn intqal li fil-laqgħa tal-Grupp Parlamentari saret tislima lil Silvio Parnis li serva fil-Parlament bħala membru tal-istess Grupp Parlamentari f’ħames leġiżlaturi.

Kien il-Prim Ministru, Robert Abela, li ppropona u anke kien hemm ukoll qbil unanimu li l-Grupp Parlamentari tal-Partit Laburista li Silvio Parnis jiġu rikonoxxut mill-istat meta iktar tard matul is-sena l-istat ikollu okkażjoni biex jirrikonoxxi lil dawk li jkunu taw kontribut sinjifkanti fis-soċjetà tul is-snin.

Fl-istqarrija ntqal li Parnis ta’ kontribut kbir is-soċjetà Maltija, u kien politiku maħbub, għax dejjem ġab l-interess ta’ ħaddieħor qabel tiegħu mingħajr ma ħares lejn kuluri politiċi. Hekk, fil-prattika ħaddem dejjem il-prinċipji tal-ġustizzja soċjali, kien dejjem viċin il-batut u ħadem bil-kbir fost l-anzjani.

Ekonomija

Sport