Tuesday, May 14, 2024

Bqajt tassew impressjonat bil-faċilitajiet u r-riżorsi li joffri l-football Malti – Marc Skinner (coach tan-nisa ta’ Man Utd)

Aqra wkoll

Minn Cristian Muscat

It-team tan-nisa ta’ Birkirkara FC għaddejin bl-aħħar preparamenti tagħhom għal-logħba ta’ ħbiberija kontra t-tim femminili ta’ Manchester United FC. Din il-logħba se tkun qed tintlagħab illum il-Ġimgha, 6 ta’ Jannar 2023 fit-Tony Bezzina Stadium f’Kordin li mistenni jkun sold out u l-logħba tibda fis-6pm. 

Proprju lejlet din il-partita, ġiet organizzata konferenza stampa f’lukanda ewlenija f’San Ġiljan indirizzata mill-manager tar-Red Devils Marc Skinner u l-coach tal-Istripes, Jose Borg. 

Skinner beda biex qal li baqa’ tassew impressjonat bil-faċilitajiet u r-riżorsi li joffri l-football Malti li ddeskrivihom bħala tassew professjonali. Mistoqsi minn dan il-ġurnal, x’ċansijieet jaħseb li għandhom bħala team li jirbħu l-kampjonat huwa qal li jemmen bis-sħiħ fl-iskwadra tiegħu u tabilħaqq jemmen li jistgħu jisfidaw b’mod denju ma’ timijiet bħal Chelsea u Arsenal għar-rebħ tal-kampjonat.

Min-naħa l-coach ta’ Birkirkara Jose Borg qal li dan huwa konfront storiku għat-tim immexxi minnu fejn se jkunu qed jaffrontaw ġganti tal-football mondjali, fejn ilhom jippreparaw għal din il-partita b’mod intensiv għal dawn l-aħħar jiem. Mistoqsi minn dan il-ġurnal x’ċansijiet jaħseb li għandhom it-team tiegħu għar-rebħ tal-Kampjonat Premier, huwa qal li t-tragward tat-team ta’ kull staġun ikun dak li jirbħu l-kampjonta u f’dan l-istaġun mhux eċċezzjoni. 

Għal domanda oħra minn dan il-ġurnal rigward l-istaġun mill-aqwa li qed ikollha Sara Saliba, huwa qal li m’hemmx dubju li din il-player għandha futur mill-isbaħ quddiemha u jemmen li għad fadlilha ħafna x’toffri lill-football Malti kemm lokalment u min jaf forsi anke barra minn xtutna.

Sport