Friday, July 24, 2026
Home Internazzjonali Diversi persuni ġew ingannati wara li ħallsu l-flus biex jattendu għall-funeral ta’...

Diversi persuni ġew ingannati wara li ħallsu l-flus biex jattendu għall-funeral ta’ Benedittu XVI

0
517

Kienu bosta dawk li spiċċaw misruqa wara li ħadu l-impressjoni li sabiex wieħed jattendi l-funeral tal-Papa Emeritu Benedittu XVI fi Pjazza San Pietru, kien hemm bżonn li jinxtara biljett.

Il-midja Taljana rrappurtat li kien hemm diversi persuni li mal-wasla tagħhom fi Pjazza San Pietru ntebħu li sfaw misruqa. Dan għaliex oriġinarjament huma kellhom l-impressjoni li riedu jħallsu xi flus biex ikollhom post riservat li minnu jkunu jistgħu jsegwu l-funeral tal-Papa Emeritu.

Tajjeb li jingħad illi l-funeral tal-Papa Emeritu kien miftuħ għall-pubbliku u ma kien jirrikjedi l-ebda buking online jew biljett fiżiku, iktar u iktar xi forma ta’ ħlas.