Friday, April 26, 2024

IL-PLASTIK JAGĦMEL ĦSARA SA MILL-PRODUZZJONI TIEGĦU

Aqra wkoll

L-oġġetti kollha tal-plastik li jintremew wara li jintużaw minbarra li jniġġsu huma wkoll problema klimatika. Minn qabel ma l-plastik jiġi rriċiklat il-ħsara tkun diġà saret.

Dan billi l-proċess tal-produzzjoni tal-plastik huwa tant intensiv, tant tintuża enerġija li qed jaffettwa ħażin ħafna l-klima wkoll. Minkejja li qed naraw żieda fl-enerġija rinnovabbli u l-effiċjenza fl-enerġija, il-plastik jipproduċi emissjonijiet tal-gassijiet serra f’kull stadju taċ-ċiklu tal-ħajja tiegħu, mill-produzzjoni sat-tmiem il-ħajja tiegħu. 

Huwa kkalkulat li l-industrija tal-plastik hija responsabbli għal mill-inqas 232 miljun tunnellata ta’ emissjonijiet li qegħdin isaħħnu l-pjaneta kull sena. Ir-riċiklaġġ waħdu mhux se jsolvi din il-problema enormi, għalkemm xorta għandna nagħmluh filwaqt li nżommu f’moħħġi riċiklat.  

Għal din ir-raġuni jeħtieġ prinċipalment li nibdlu l-għażliet li nagħmlu biex innaqqsu kemm jista’ jkun l-użu tal-plastik f’kull forma tiegħu. Nibdew billi ma nużawx flixken tal-plastik, nieħdu ħsieb inġorru dejjem basktijiet tax-xirja magħna li nistgħu nerġgħu nużawhom, nagħżlu prodotti li jkunu ppakkjati fil-kartun u nixtru bil-bulk biex innaqqsu mill-użu tal-plastik. 

Minn dak li qed naraw jiġri f’pajjiżna, għandna għax nifhmu li t-tibdil fil-klima qed jitla aktar ‘il fuq fil-prijoritajiet tal-Gvern. Dan rajnieh ukoll proprju ftit ġranet ilu meta tħabbar li l-Parlament se jiddiskuti abbozz ta’ liġi li se jara t-twaqqif tal-ewwel Awtorità  għall-azzjoni favur il-klima.

Awtorità li se jkollha bħala għan ewlieni tagħha li tevalwa l-politika relatata mat-tibdil fil-klima biex pajjiżna jaddotta inizjattivi li bihom tilħaq il-miri ambjentali stabbiliti fosthom il-wegħda li Malta tikseb in-newtralità fil-karbonju sas-sena 2050.

Se ssir ħidma biex kemm l-istrateġiji ta’ mitigazzjoni kif ukoll ta’ adattament iwasslu għal opportunitajiet ta’ żvilupp sostenibbli. Fejn it-tibdil fil-klima se jiġi indirizzat mhux biss billi jitnaqqsu r-riskji, iżda wkoll jiġu mfittxija opportunitajiet li jistgħu jkunu ta’ benefiċċju għas-soċjetà u l-ekonomija ta’ Malta.  

Minn kif jidher, l-Awtorità se jkollha approċċ komprensiv li jinvolvi lill-Gvern kollu u li jkun hemm djalogu soċjali li jappoġġja din it-trasformazzjoni billi jkunu involuti l-partijiet interessati kollha, inkluż l-edukazzjoni tat-tfal u t-taħriġ tal-għalliema.

L-abbozz ippreparat jipproponi li l-Awtorità twettaq diversi funzjonijiet, fosthom li tqajjem aktar għarfien u kuxjenza akbar dwar it-tibdil fil-klima u l-azzjonijiet meħtieġa, li timplimenta mekkaniżmi sabiex jiġu fformulati u addottati strumenti legali fuq livell nazzjonali jew internazzjonali b’rappurtaġġ konsolidat ta’ dak li jkun qed jiġi implimentat, li tħejji strateġija nazzjonali fit-tul kif ukoll strateġija nazzjonali ta’ adattament għall-klima fost oħrajn.

​Fl-aħħar mill-aħħar, id-dinja teħtieġ in-nifs, teħtieġ bidla fuq skala kbira biex tindirizza dan l-impatt fuq il-klima. Li kieku nistgħu nsibu mod kif innaqqsu l-produzzjoni u l-użu tagħna tal-plastik bħala pajjiż u bħala soċħtu daqqa t段d  b’saħħitha biex intaffu minn dan it-tibdil fil-klima.

Sport