Friday, December 27, 2024

Il-players nisa tat-team nazzjonali Spanjol itemmu l-bojkott

Aqra wkoll

Il-players nisa tat-team nazzjonali Spanjoli laħqu ftehim li jtemmu l-bojkott tagħhom, qal  is-Segretarju tal-Istat Spanjol għall-Isport, Victor Francos.

Il-ftehim intlaħaq pro­prju lbieraħ fil-5.00 a.m. wara aktar minn seba’ sigħat ta’ laqgħat.

Tnejn mit-23 player imsej­ħin għal-logħob tan-Nations League għażlu li joħorġu mill-iskwadra.

Francos qal li l-Federazzjoni Spanjola tal-Futbol (RFEF) impenjat ruħha għal “bidliet immedjati u profondi”.

Il-players bdew il-bojkott wara li dak iż-żmien il-pre­sident tal-RFEF, Luis Rubiales, bies lil Jenni Hermoso fuq xofftejha waqt il-preżentazzjoni tal-midalji wara li Spanja għelbu lill-Ingilterra bl-iskor ta’ 1-0 fil-finali tat-Tazza tad-Dinja. 

Il-bewsa, li Hermoso qalet li ma kinitx kunsenswali, eventwalment wasslet għar-riżenja ta’ Rubiales, filwaqt li l-coach ta’ Spanja, Jorge Vilda, tkeċċa.

Spanja se jilagħbu kontra l-Isvezja, għada, u kontra l-Isvizzera fil-UEFA Nations League. 

Francos, il-kap tal-Aġenzija Nazzjonali tal-Isports (CSD) tal-gvern Spanjol, qal: “Hija aħbar tajba li nistgħu ngħidu li t-team se jilgħab iż-żewġ logħbiet li ġejjin b’garanzija.”

L-aġenzija tenniet li ttieħdet deċiżjoni wara taħditiet fuq bażi ta’ “ħbiberija” f’Valencia li kienu jinvolvu lill-players, lill-uffiċjali tal-RFEF, is-CSD u l-union tal-players tan-nisa Futpro.

Ekonomija

Sport