Sunday, December 22, 2024

Il-PM b’messaġġ b’saħħtu favur in-newtralità tal-pajjiżna

Aqra wkoll

F’kummenti lill-midja wara l-Kunsill Ewropew, il-Prim Ministru Robert Abela saħaq li Malta insistiet bis-saħħa li l-konklużżjnijiet għandhom ikunu jirrispettaw u jirriflettu l-prinċipji mħaddna fil-Kostituzzjoni ta’ Stati Membri. Dan l-istess jgħodd għal Malta li tħaddan in-newtralità u n-non-allinejament.

Dr Abela qal li jinsab sodisfatt li l-konklużżjonijiet tal-Kunsill Ewropew jirriflettu dan u dan kollu sar wara insistenza u l-pożizzjni soda li ħadet Malta fil-Kunsill Ewropew.

“Ejja ma nittraskurawx ir-realtajiet u r-rabtiet Kostituzzjonali li għandhom Stati Membri żgħar”, qal Dr Abela f’kummenti mal-midja fi Brussell.

Il-Prim Ministru sostna li l-konklużjonijiet jirriflettu u jirrispettaw il-kostituzzjoni tagħna. Dan f’messaġġ ċar favur in-newtralità li jħaddan pajjiżna.

Ekonomija

Sport