Wednesday, December 25, 2024

Il-PM fi Brussel biex jattendi s-Summit tal-Kunsill Ewropew

Aqra wkoll

Il-mexxejja Ewropej, fosthom il-Prim Ministru Robert Abela, illum se jiltaqgħu għas-Summit tal-Kunsill Ewropew fi Brussel. 

Matul dan is-Summit se jkunu qed jitkellmu u janalizzaw l-aħħar żviluppi f’dak li għandu x’jaqsam il-kunflitt fl-Ukrajna. Dan jinkludi l-kwistjoni tar-refuġjati u s-sitwazzjoni umanitarja. 

Dan huwa t-tielet Kunsill Ewropew li fih qed tiġi diskussa l-kriżi tal-Ukrajna. 

L-Unjoni Ewropea qed tkompli toffri għajnuna umanitarja lill-Ukrajna u fost l-oħrajn qed tagħti sostenn politiku u finnanzjarju.

F’dan is-Summit se jkun qed jieħu sehem ukoll il-President Amerikan Joe Biden.

Ekonomija

Sport