Sunday, May 12, 2024

Il-PM iħabbar skema ta’ parkeġġ għar-residenti tal-Gudja

Aqra wkoll

Waqt laqgħa mar-residenti tal-Gudja llejla, l-Prim Ministru Robert Abela ħabbar li mill-1 ta’ Ġunju li ġej se tibda titħaddem skema ta’ parkeġġ għar-residenti li joqgħodu f’14-il triq viċin l-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta, fil-Gudja.

L-aħbar tal-Prim Ministru waqt attivita oħra tal-kampanja elettorali, intlaqgħet b’approvazzjoni mir-residenti preżenti, u żied jgħid li din hija wegħda oħra li l-Partit Laburista kien għamel mar-residenti tal-Gudja u li issa ħa tibda titwettaq. Bl-iskema, ir-residenti fit-toroq l-aktar milquta mill-parkeġġ ta’ dawk li jsiefru u jħallu l-karozzi tagħhom fit-toroq tal-Gudja, se jkunu jistgħu jipparkjaw il-karozzi tagħhom tul l-24 siegħa sħaħ.

Il-Prim Ministru Robert Abela ħabbar ukoll li fil-ġranet li ġejjin ser jibda ix-xogħol ta’ tisbiħ u rranġar fi Ġnien Raymond Caruana fil-Gudja wkoll.

Il-Prim Ministru intlaqa’ fil-Gudja mis-Sindku tal-Lokal, Dr Marija Marija Sara Gafà li hija wkoll kandidata tal-Partit Laburista għall-elezzjoni tal-Parlament Ewropew. F’messaġġ lir-residenti tal-Gudja fuq Facebook, is-Sindku Vella Gafà stqarret is-sodisfazzjoni tagħha għat-twettieq ta’ din l-iskema li għaliha ilha taħdem bosta snin minkejja l-ħafna tfixkil u ostakli li sabet.

Hija qalet li minnufih se jibda l-proċess biex sa l-aħħar ta’ Mejju jitħaffef il-proċess biex jintlaqgħu l-applikazzjonijiet mir-residenti ħalli jinħarġu il-permessi meħtieġa u li skema tkun qed tiffunzjoni sa qabel is-sajf.

Dr Vella Gafa irringrazzjat lill-Ministru għat-Trasport, l-Infrastruttura u x-Xogħlijiet Pubblici, Dr Chris Bonett għall-għajnuna tiegħu biex tkun implimentata din l-iskema.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport