Saturday, December 28, 2024

Il-PM Indjan se jżur is-sit fejn waqa’ pont u mietu 135 persuna

Claudio Coleiro
Claudio Coleiro
Ġurnalist

Aqra wkoll

Il-Prim Ministru Indjan Narendra Modi se jżur id-Distrett ta’ Morbi fl-istat ta’ Gujarat fejn ċeda pont u mietu aktar minn 100 persuna, f’dak li qed jiġi deskritt vħala wieħed mill-agħar inċidenti fil-pajjiż fl-aħħar snin. 

Il-pont spiċċa fix-xmara Machchu l-Ħadd li għadda, jiem wara li reġa’ fetaħ wara li saru xi tiswijiet fuqu. L-operazzjoni ta’ tiftix u salvataġġ fix-xmara ssoktaw ukoll ilbieraħ. Disa’ persuni, inkluż impjegati ta’ kumpanija li ħadu ħsieb it-tiswija tal-pont, ġew arrestati.

Il-pont, li huwa twil 230 metru, inbena matul il-ħakma Brittanika fis-Seklu 19. Dan kien wieħed mill-attrazzjonijiet turistiċi ewlenin fil-pajjiż, imsejjaħ mis-sit tat-turiżmu tal-istat bħala “meravilja artistika u teknoloġika”.

It-total ta’ mwiet f’dan l-inċident kienu jlaħħqu l-135, bil-maġġor parti tagħhom ikunu nisa, tfal u anzjani. L-awtoritajiet wegħdu investigazzjoni sħiħa wara li tqajmu diversi mistoqsijiet dwar jekk sarux kontrolli tas-sigurtà qabel reġa’ nfetaħ il-pont. 

Ekonomija

Sport