Sunday, December 22, 2024

Il-PM Ingliż iħares lejn il-possibbiltà li l-istudenti jistudjaw il-Matematika sakemm jagħlqu t-18-il sena

Aqra wkoll

Il-Prim Ministru tar-Renju Unit, Rishi Sunak, ser ikun qiegħed iħares lejn il-possibbiltà li l-istudenti jibqgħu jistudjaw il-Matematika sakemm jilħqu l-età ta’ 18 -il sena. Intant, fl-ewwel diskors tiegħu għal din is-sena beħsiebu jħabbar pjan relatat ma’ dan is-suġġett.

It-teknoloġija analitika ser tkun preżenti iktar fl-attivitajiet tat-tfal. Fl-istess diskors Sunak huwa mistenni jiddiskuti dwar il-fatt li d-dejta saret essenzjali f’din id-dinja u li l-istatistika tinsab f’kull impjieg.

Skont Sunak, iż-żgħażagħ ta’ bejn is-16 u d-19-il sena li jistudjaw il-Matematika huma biss nofs tal-poplazzjoni żagħżugħa fl-Ingilterra. Biss dawn jinkludu wkoll dawk kollha li qed isegwu kors fix-xjenza u dawk li qed jagħmlu r-resits tal-GCSE.

L-Assoċjazzjoni tal-Mexxejja tal-Iskejjel u l-Kulleġġi rreaġixxit għal din id-dikjarazzjoni u qalet li hemm nuqqas kbir ta’ għalliema tal-Matematika. Bridget Phillpson, kelliem tal-Oppożizzjoni talab lill-Prim Ministru sabiex jagħti spjegazzjoni tal-pjan finanzjarju.

Fid-diskors tiegħu, il-Prim Ministru Ingliż mistenni jindirizza l-problemi li qed jiffaċċja s-Servizz Nazzjonali tas-Saħħa (NHS), fosthom nuqqas ta’ infermieri u pagi baxxi.

Ekonomija

Sport