Friday, May 3, 2024

“Il-PM irid iż-żgħażagħ biex infasslu għada flimkien”

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

“Se nikkontesta l-elezzjoni ġenerali li jmiss għaliex għandna Prim Ministru li jemmen li żgħażagħ iridhom madwaru llum biex infasslu għada flimkien”. Sostna dan id-Deputat Parlamentari Jean Claude Micallef waqt id-diskors tiegħu waqt il-Parlament taż-żgħażagħ.

Micallef tkellem dwar ir-riforma tal-mekkaniżmu tas-sess femminili fis-seduta tal-lum u qal li dak li kien hemm llum fil-parlament jikkonferma dak li hu saħaq dwaru rigward il-fatt li enfasizza li għandu jkun hemm data ta’ skadenza għax jemmen li l-politika ma ssirx skont x’tilbes, iżda skont x’għandek f’moħħok u f’qalbek.

Il-kandidat Laburista tkellem dwar l-inklużjoni u d-diversità u qal li l-minoranza tal-kaċċa sfortunatament issofri mill-preġudizzji ta’ min għandu jingħata prijorità; jekk hux il-bniedem jew għasfur. 

Huwa ħeġġeġ liż-żgħażagħ preżenti fil-Parlament biex jiftakru parti mid-diskors tal-President tal-Kamra meta qalilhom biex ikejlu l-valur tal-ħajja u jagħżlu l-prijoritajiet.

Ara d-diskors kollu tad-Deputat Parlamentari minn hawn taħt:

Sport