Friday, December 20, 2024

Il-PM iwiegħed żieda fil-paga tal-edukaturi

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Waqt attività politika minn Santa Luċija, il-Prim Ministru Robert Abela qal li s-sabiħ tal-kampanja huwa li jiltaqa’ man-nies b’realtajiet differenti li jiffurmaw lil Malta li ngħixu fiha. 

Mistoqsi dwar l-edukaturi, il-Prim Ministru wiegħed li jekk kemm il-darba jingħata l-fiduċja se jkun qiegħed isaħħaħ il-kundizzjonijiet tax-xogħol b’titjib sinifikanti fil-pagi tagħhom. Abela qal li hemm ftehim kollettiv li jrid jiġi rinegozjat u l-gvern se jkun qiegħed jibat sinjal li jrid ikun hemm tisħiħ b’saħħtu fis-salarji tal-edukaturi.

Filwaqt li saħaq dwar l-importanza għal drittijiet ugwali biex nimxu ‘l quddiem, il-Prim Ministru qal li jekk il-poplu jogħġbu jagħtih il-mandat, dawk l-istudenti li qegħdin jistudjaw u li sa issa ma jitħallsux biex jilħqu Kindergarten educators jew learning support educators, se jibdew jirċievu l-ħlas kollha kemm huma waqt it-teaching practice.

Ekonomija

Sport