Il-Prim Ministru Iżraelit, Benjamin Netanyahu, kellu jittieħed l-isptar għal proċedura ta’ emereġenza biex isirlu pacemaker. Din l-emerġenza medika ġiet imħabbra proprju ftit jiem qabel isir il-vot parlamentari dwar il-pjan kontroversjali ta’ Netanyahu għal reviżjoni fis-sistema ġudizzjarja lokali.
L-amministrazzjoni ta’ Netanyahu qalet li l-mexxej ta’ 73 sena se jkun taħt il-loppju u minfloku se jmexxi l-għola deputat tiegħu – il-Ministru tal-Ġustizzja, Yariv Levin. Minkejja t-tħassib dwar din l-aħbar, Netanyahu ħareġ stqarrija permezz ta’ filmat qasir fejn iddikjara li jħossu tajjeb ħafna u li qiegħed jippjana li ladarba joħroġ mill-isptar, ikompli jaħdem biex il-pjan tiegħu jidħol fis-seħħ.
Din l-aħbar ħarġet tard bil-lejl ġimgħa wara li Netanyahu ġie rikoverat l-isptar minħabba deidrazzjoni. Din ingħatat ukoll fil-jum li fih saru wħud mill-akbar protesti li qatt saru f’Iżreal kontra l-bdil li jrid jagħmel dan il-Prim Ministru fis-sistema ġudizzjarja tagħhom.
Mijiet ta’ eluf ta’ nies ħarġu fit-toroq is-Sibt li għadda bil-lejl mentri eluf oħra mmarċjaw f’Ġerusalem u saħansitra raqdu barra viċin Knesset (il-parlament). Dawn il-protesti huma għajta biex ma jgħaddix il-pjan kontroversjali mressaq mill-gvern.