Friday, November 22, 2024

Il-PM Iżraeljan jgħid li Al Jazeera ma jistax jibqa’ jopera f’pajjiżu

Aqra wkoll

L-istazzjon tal-aħbarijiet li ilu jopera għal iktar minn għaxar snin, l hu magħruf l-iktar bħala Al Jazeera se jkollu jieqaf jopera minn Iżrael. Dan hekk kif il-Prim Ministru tal-pajjiż, Benjamin Netanyahu qal li l-Gvern tal-pajjiż ħa d-deċiżjoni u vvota sabiex jingħaqlu l-uffiċini tal-Al Jazeera li hemm fil-pajjiż.

Intant midja internazzjonali qalet li dan kollu tħabbar hekk kif it-tensjonijiet bejn l-istess stazzjon u l-Gvern tal-pajjiż qed ikomplu jiżdiedu, konsegwenza tal-gwerra li hemm f’Gaza.

Min-naħa tagħha, Reporters Without Borders li hija għaqda mhux governattva bbażata f’Gaza stess qalet l l-għan ewlieni għala ttieħdet din id-deċiżjoni, hi sabiex in-nies ma jkollhomx aċċess li jarraw x’qed jiġri fil-pajjiż.

Sport