Wednesday, July 24, 2024

Immultat €2,300 talli tajjar mara minn fuq zebra crossing fil-Furjana

Aqra wkoll

Raġel ta’ 51 sena min-Naxxar ġie immultat €2,300 wara li l-Qorti sabitu ħati li tajjar mara li kienet qed taqsam minn fuq zebra crossing fil-Furjana.

Fil-Qorti, il-Prosekuzzjoni mmexxija mill-Ispettur Charlotte Curmi, spjegat kif il-każ imur lura għat-8 ta’ Frar ta’ sentejn ilu, fejn allegatament Patrick Cutajar saq karozza bi traskuraġni, bil-konsegwenza li kkaġuna ġrieħi gravi fuq mara.

Ġe sġjegat kif l-inċident seħħ viċin il-Kwartieri Ġenerali tal-Pulizija. Fix-xhieda tagħha, il-vittma qalet l l-karozza kienet għaddejja b’veloċitá qawwija. Qalet ukoll li telqet tiġri u saqajha nqabdet taħt ir-roti tal-karozzi fejn ġew mgħaffġa u wara ftit tal-ħin is-sewwieq irritorna.

Il-Qorti preseduta mill-Maġistrat Yana Micallef Stafrace emmnet il-verżjoni tal-vittma u sabet lil Cutajar ħati li naqas mill joqgħod attent waqt is-sewqan.

Minbarra l-multa ta’ €2,300, il-Maġistrat Micallef Stafrace skwalifikat il-liċenzja ta’ Cutajar għal xahar u naqqsitlu tmen punti fuq il-liċenzja tas-sewqan.

Ekonomija

Sport