“Meta tiltaqa’ ma’ Jake u l-familja tiegħu iktar tapprezza għaliex huma ta’ ispirazzjoni għal ħafna”. Iddikjara dan il-Prim Ministru Robert Abela f’post li tella’ aktar kmieni fuq il-profil tiegħu ta’ Facebook.
Fi żjara li kellu aktar kmieni, Dr Abela tkellem maż-żagħżugħ li issa ilu snin jissielet kundizzjoni rari magħrufa bħala ROHHAD (rapid-onset obesity (RO) with hypothalamic dysregulation (H), hypoventilation (H), and autonomic dysregulation (AD) li twasslu biex iżid fil-piż b’mod mgħaġġel ħafna minkejja li jiekol tajjeb u jagħmel l-eżerċizzju.
Minkejja kull sfida, Jake dejjem wera kuraġġ u kien ta’ ispirazzjoni għal ħaddieħor billi qatt ma naqqas milli jiftaħ il-bibien għal opportunitajiet ġodda. Fl-aħħar xhur huwa esprima x-xewqa li jitgħallem il-kitarra mill-Isptar u minnufih sab sostenn minn persuni li offrew li jgħinuh mingħajr ebda ħlas.