Għadd ta’ persuni nġabru fil-Knisja Arċipretali ta’ Għajnsielem biex jagħtu l-aħħar tislima lil Loreto Zerafa.
Waqt l-omelija l-Arċipriet Karm Refalo qal li l-familja kollha tiegħu tinsab maħsuda bit-telfa tiegħu u bħalissa tinsab f’mument mudlam, iżda mhijiex waħedha għax bħalma Ġesu beka f’ħajtu, bla dubju kien magħhom f’dan il-mument.
Refalo qal li minkejja li ħafna kemm-il darba saħqu miegħu li ħadd qatt ma mar u ġie lura, huwa fiduċjuż li l-impenn u l-ħidma kollha ta’ Loreto, l-imħabba tiegħu lejn il-ġenituri tiegħu u familtu ma jistax ikun li ntilfu fix-xejn mal-mewt tiegħu.
Loreto miet f’inċident li seħħ f’fabbrika tal-ikel il-Ġimgħa li għaddiet wara li nqabad bejn il-gabina ta’ skiploader u ħajt.